Publicity poster for the film UNPLANNED

Il-Lega Favur il-Ħajja li hi bażata f’Kalifornja qed tibni kultura favur il-ħajja f’Hollywood u madwar l-Istati Uniti billi investiet finanzjarjament biex sar il-film UNPLANNED, li hu bbażat fuq l-istorja vera ta’ Abby Johnson li kien rebaħ premju għad-direzzjoni ta’ film ieħor “Planned Parenthood” u li llum sar attivist favur il-ħajja.

Il-film UNPLANNED se joħroġ fit-teatri tal-Istati Uniti fid-29 ta’ Marzu.

Il-Lega Favur il-Ħajja kienet l-ewwel organiżazzjoni favur il-ħajja biex tgħin finanzjarjament fil-produzzjoni ta’ dan il-film u qed tgħin ukoll biex dan il-film ikun jista’ jibdel il-ħsibijiet u l-qalb ta’ ħafna nies dwar l-abort.

UNPLANNED

Il-film qed ikollu kritika tajba fil-midja wara li l-aġenzija li tikklassifika l-films tagħtu “rating” ta’ “R” minħabba xeni mdemmija li jistgħu jdejqu n-nies u b’hekk indirettament qed tikkonferma l-pożizzjoni tal-organiżazzjonijiet favur il-ħajja, li l-abort hu att vjolenti.

“UNPLANNED jagħti ħarsa reali lejn l-olokawst li jitwettaq eluf ta’ drabi kuljum fil-kliniċi tal-abort mifruxa mal-Istati Uniti”, qal Tony Sands, President tal-Lega Favur il-Ħajja.

“Hu permezz tal-films, il-kitba u l-mezzi ta’ komunikazzjoni kontemporanji li rridu nedukaw lin-nies dwar l-orrur tal-abort. UNPLANNED għandu s-saħħa li jwassal il-verità u jfejjaq u jibdel il-kultura tagħna”.

Kultura Favur il-Ħajja

Il-Lega Favur il-Ħajja hi l-ewwel organiżazzjoni Amerikana favur il-ħajja u twaqqfet fl-1967 bl-iskop il-Gvernatur ta’ California li mbagħad sar il-President Ronald Reagan li ried jgħaddi liġi f’dan l-Istat li kienet tillegalizza l-abort terapewtiku.

Il-Lega mbagħad, sentejn wara, bdiet taħdem biex tgħin fil-bżonnijiet ta’ nisa li jkunu qed jaffaċjaw tqala mhux ippjanata

Illum il-missjoni tagħha twessgħet biex tinkludi t-tixried ta’ kultura ta’ ħajja mill-konċepiment sal-mewt naturali u stabbiliet numru ta’ kliniċi mediċi li joffru servizzi ta’ ultrasound lil nisa tqal, ċentri tat-tqala, djar tal-maternità, programm għaż-żgħażagħ, programm ta’ fejqan għal wara l-abort u taqsima edukattiva.