Madwar 20 avukat tal-għajnuna legali ngħataw taħriġ dwar l-elementi li jindikaw possibiltà ta’ traffikar uman u l-proviżjonijiet tal-liġi relatati ma’ dan ir-reat li jinsabu fil-kodiċi kriminali.

Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Ġustizzja u s-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi ġie spjegat li t-taħriġ kien wieħed mandatorja skont il-proċeduri uffiċjali ta’ Għajnuna Legali Malta. It-taħriġ kien jinkludi wkoll proviżjonijiet tal-liġi relatati ma’ dan ir-reat li jinsabu fil-kodiċi kriminali. Skont l-istqarrija, saru wkoll diskussjonijiet dwar metodi aktar effettivi kif il-liġijiet Maltina jistgħu jidentifikaw persuni li potenzjalment ikunu vittmi ta’ traffikar uman.