Għadd kbir ta’ studenti mxew mill-Univeristà ta’ Malta lejn il-Belt Valletta sabiex jgħidu tagħhom dwar il-problemi li qed iġġib magħha l-bidla fil-klima.

Il-mixja kienet organizzata mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) flimkien ma’ bosta għaqdiet oħra kemm universitarji, kif ukoll taż-żgħażagħ. L-għan ta’ din il-mixja kien li l-poplu jsir dejjem aktar konxju dwar il-futur tal-pjaneta. Din il-mixja ġiet organizzata wara t-talba ta’ Greta Thunberg. Malta kienet fost it-92 pajjiż li pparteċipaw għal azzjoni favur pjaneta aktar f’saħħitha.

Fost is-sinjali li ġarrew iż-żgħażagħ kien hemm dawk li ddieħku bid-diskors ta’ Donald Trump dwar is-suġġett, oħrajn li appellaw favur dinja aktar nadifa għal popolazzjonijiet futuri, filwaqt li oħrajn talbu għal inqas paroli u iktar azzjoni mill-awtoritajiet.

Reċentament il-KSU kien ħa pożizzjoni favur il-bidla ta’ grawnd tal-football fl-Università ta’ Malta f’parkeġġ temporanju.

Our Lady Immaculate School fil-Ħamrun ukoll organizzat attività.

Filmat: Luke Zerafa