Skont stħarriġ li sar mill-Eurostat, fl-2017 il-Gvern Malti nefaq l-aktar fuq il-protezzjoni soċjali u l-inqas fuq l-akkomodazzjoni.

L-istħarriġ tal-Eurostat sab li l-aktar tliet oqsma li fihom nefaq il-Gvern Malti kienu l-protezzjoni soċjali, is-servizzi pubbliċi ġenerali, u s-saħħa. Min-naħa l-oħra l-inqas infieq sar fl-akkomodazzjoni, fid-difiża, u fil-protezzjoni tal-ambjent.

Skont il-Eurostat, fl-2017 l-infieq totali tal-gvernijiet fl-Unjoni Ewropea (UE) ammonta għal madwar 46% tal-prodott gross domestiku (GDP). Dan l-ammont naqas mill-2012 fejn kien ta’  madwar 49% tal-GDP.