Seħħet ħabta bejn erba’ karozzi fil-Belt Valletta. Dan ikkonfermah ma’ Newsbook.com.mt kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fi Triq l-Assedju l-Kbir.

Jidher li waħda mill-karozzi nqelbet kawża tal-inċident, madanakollu ħadd ma weġġa’ u ħadd ma ttieħed l-Isptar Mater Dei.