Facebook - Michela Pace

Il-filmat ta’ Chameleon rawh aktar minn 1,000,000 darba fuq Youtube.

Il-filmat tal-kanzunetta li biha Michela Pace se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li se jkun qed isir f’Tel Aviv, ittella’ fuq YouTube ħamest ijiem ilu biss.

In-numru totali ta’ drabi sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu kien dak ta’ 1,106,765.