FILE PHOTO: Jaroslaw Kaczynski, the leader of the ruling Law and Justice (PiS) party, attends regional elections, at a polling station in Warsaw, Poland, October 21, 2018. REUTERS/Kacper Pempel

Il-partit nazzjonalista li qed imexxi l-Polonja għandu l-għan li jwaqqaf il-popolarità tiegħu milli tkompli tonqos qabel żewġ elezzjonijiet importanti din is-sena bi twissijiet li appoġġ għal kwistjonijiet LGBT hija theddida għall-kultura Pollakka u li għandu jiġi mwaqqaf kull fejn ikun possibbli.

Il-Partit tal-Liġi u l-Ġustizzja (PiS) kkundanna programm ta’ edukazzjoni sesswali ġdid fl-iskejjel li se jkun qed isir fil-kapitali Warsaw immexxijja mill-oppożizzjoni. Skont PiS, il-programm imur kontra l-valuri tradizzjonali Pollakki .

Id-drittijiet ta’ persuni LGBT huma fil-mira ta’ PiS hekk kif il-partit qed jipprova jnaqqas in-nuqqas fil-popolarità tiegħu fost allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni kontra regolaturi finanzjarji u mistoqsijiet li qed iqumu dwar in-negozji tal-kap tal-partit, fost kwistjonijiet oħra.