Kemm l-Uffiċċju Metereoloġika tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, kif ukoll bassara indipendenti tat-temp qed jgħidu li l-ġurnata tal-lum se tkun pjuttost imsaħħba bil-ħalbiet tax-xita u l-buffuri tar-riħ.

Skont l-Uffiċċju Metereoloġiku, hemm twissija fis-seħħ ta’ riħ mill-Majjistral li se jkun qawwi għal qawwi ħafna u li se tibqa’ fis-seħħ sa nofsinhar.

It-Temp Madwarna qed jgħid li minkejja li t-temp sebaħ pjuttost imsaħħab b’ħalbiet tax-xita iżolati għall-ewwel li jibnazza waranofsinhar. Madanakollu jidher li r-riħ se jibqa’ jippersisti hekk kif dawn qed ibassru li r-riħ jibqa’ ftit qawwi sas-6pm.

Intant il-baħar se jkun qawwi b’imbatt baxx mill-Punent Majjistru.