Matul din il-ġimgħa l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curni għamel l-ewwel Viżta Pastorali tiegħu fil-Parroċċa tal-Iklin. Huwa kellu diversi laqgħat fosthom mat-tfal, l-adolexxenti, żgħażagħ, anzjani, familji kif ukoll persuni li jinsabu morda.

Matul din il-viżta kellu l-opportunità li jitlaqa’ wkoll ma’ għadd ta’ voluntiera li jagħtu s-sehem tagħhom f’oqsma diferenti f’din il-parroċċa. Huwa ltaqa’ wkoll ma’ familji li bħalissa għaddejjin minn ċirkostanzi partikolari fil-ħajja tagħhom. L-Isqof Galea Curmi kellu lagħa ta’ djalogu mal-membri tal-Kunsill Lokali u żar il-komunitajiet kummerċjali tal-Iklin fejn iltaqa’ mal-ħaddiema u s-sidien tal-ħwienet.

Sentejn ilu l-Arċisqof Charles Scicluna beda l-Viżta Pastorali. Hu flimkien mal-Isqof Galea Curmi se jkunu qed iżuru l-parroċċi kolla f’Malta sabiex jiltaqgħu mar-realtajiet differenti ta’ kull parroċċa u jkunu qrib in-nies.