Follow Up tal-Ġimgħa 15 ta’ Marzu 2019 bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmara’ se jiddiskuti kemm huma importanti l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali. Hawn apatija fost il-poplu fejn jidħlu l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali? Tajjeb li l-partiti politiċi jieħdu sehem f’dawn l-elezzjonijiet?

Mistednin: Is-Sur Mario Fava, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u Kunsillier Laburista fil-Kunsill Lokali tal-Fgura u l-Perit Julian Borg, Viċi-Sindku tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.