It-terrorist li qatel  49 persuna f’żewġ moskej fi New Zealand kellu l-kliem ‘Malta 1565’ miktub fuq wieħed mill-armi tan-nar tiegħu.

Dan il-kliem jidher li sar b’referenza għall-Assedju l-Kbir ta’ Malta li seħħ fis-sena 1565. Dakinhar, l-Imperu Ottoman ipprova jieħu kontroll ta’ Malta.

Minn tal-inqas raġel wieħed armat b’arma tan-nar qatel 49 persuna u darab 48 oħra waqt li kienu qed jitolbu f’żewġ moskej fi New Zealand, fl-agħar attakk bi sparar li qatt ra l-pajjiż. L-attakk ġie deskritt mill-Prim Ministru tal-pajjiż bħala terroriżmu.

Inqatlu aktar f’ġurnata milli f’sena sħiħa

L-attakk li seħħ qatel aktar persuni f’jum wieħed milli kemm ikun hemm omiċidji f’New Zealand f’sena sħiħa.

Reazzjonijiet fuq il-midja soċjali

Aktar kmieni…

Il-Prim Ministru Jacinda Ardern iddeskriviet l-attakk bħala wieħed terroristiku u li l-ġurnata kienet waħda mill-agħar fl-istorja tal-pajjiż. Dan kien l-attakk li fih l-aktar li nqatlu nies fi New Zealand.

Ir-raġel li wettaq l-attakk iddeskriva lilu nnifsu bħala Awstraljan. Hu għamel live-stream tal-attakk fuq Facebook. Il-Pulizija appellat lill-pubbliku biex ma jxerridx il-filmat tal-massakru.

Storiku li tkellem ma’ Newsbook.com.mt qal li l-idea prinċipali dwar l-iskrizzjoni ‘Malta 1565′ hija waħda marbuta mal-white supremacists – dawk li jemmnu li l-persuni ta’ ġilda bajda huma superjuri għal razez differenti. L-armi tan-nar li ntużaw f’dan l-attakk kellhom miktub fuqhom dati ta’ rebħiet kontra l-Musulmani. Dawn inkludew Charles Martel u l-battalja ta’ Tours sal-assedju ta’ Vienna u dak ta’ Malta. Inkludew ukoll referenzi għal taqbidiet aktar reċenti bħal dawk fil-Bosnia u fin-Norveġja. Persuni qrib il-white supremacists qalu li kien hemm ħafna nies li kienu qed isegwu l-attakk li wkoll ġie mfaħħar fost dawn il-persuni.