DOI - Pierre Zammit

12-il uffiċjal tal-Pulizija fuq il-forensika qed jiġu mħarrġa minn esperti Olandiżi. Dan intqal fi stqarrija hekk kif il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia għamel żjara fl-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati.

It-taħriġ qed isir lil grupp ta’ uffiċjali ġejjin mit-taqsima tal-Malta Police Forensic Laboratory u qed jiġi mmexxi minn esperti Olandiżi membri tan-Netherlands Forensic Insititute.

Skont il-Ministru, l-ewwel fażi tal-kors saret f’Diċembru li għadda, filwaqt li t-tieni fażi li tinkorpora taħriġ teoretiku u prattiku tinsab għaddejja bħalissa. Wara din il-fażi jkun imiss ġimgħa ta’ assessjar u eżamijiet permezz ta’ diversi xeni fittizji li se jiġu organizzati ġewwa l-faċilitajiet tal-Akkademja.