Il-programm Drake & Josh se jkun qed jerġa’ jingħata l-ħajja mill-atturi Drake Bell u Josh Peck, skont PEOPLE.

Is-sit qal li Bell ta wieħed x’jifhem li s-serje se terġa’ tkompli fuq it-tapit l-aħmar tal-iHeartRadio Music Awards f’Los Angeles. Huwa qal li flimkien ma’ Peck kienu qed jitkellmu ma’ diversi networks dwar is-serje l-ġdida. Però, skont E! News il-proġett li qed jinħadem mhux se jkun verżjoni ġdida ta’ Drake & Josh.

Drake & Josh kien programm komiku dwar stepbrothers b’personalitajiet differenti. Kien jidher fuq l-istazzjoni Nickelodeon mill-2004 sal-2007.