L-Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli sostniet li daqs kemm hu importanti x-xogħol huwa importanti l-ħin li wieħed iqatta’ mal-familja.

Għaldaqstant, waqt li kienet qed tindirizza attività politika f’San Ġwann, Dalli spjegat li se tkun qed tenfasizza fuq tliet punti oħrajn li permezz tagħhom il-familji jistgħu jgawdu minn aktar bilanċ bejn il-familja u x-xogħol. It-tliet punti huma:

  1. aktar implimentazzjoni ta’ teleworking fejn dan ikun possibli,
  2. implimentazzjoni ta’ siegħat flessibli fil-post tax-xogħol,
  3. u aktar proġetti pubbliċi fejn il-familji jistgħu jgawdu l-ħin liberu tagħhom.

Dalli sostniet li b’dan il-mod nistgħu nassiguraw kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji.