L-aġenzija tar-ratings Standard and Poor’s tat lil Malta riżultat ta’ A-/A-2 b’perspettiva pożittiva.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Finanzi qal li l-aġenzija tat rating pożittiv minħabba t-tkabbir b’saħħtu u s-surplus ta’ Malta.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern jinsab kommess li jkompli jissalvagwardja s-suċċess fit-tkabbir ekonomiku.

Skont il-Ministeru, r-rapport jinnota li t-tkabbir veru tal-prodott gross domestiku (GDP) aċċelera għal medja ta’ 7.6% bejn l-2014 u l-2018.