Reuters

Fil-Pakistan erba’ persuni mietu filwaqt li għaxra ndarbu wara splużjoni ta’ bomba fil-linji tal-ferrovija fil-provinċja ta’ Baluchistan.

Jidher li ma kienx hemm min ħa r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk però l-grupp etniku Baluch fil-passat kien għamel diversi attakki fuq ferroviji bl-argument li kien hemm esplojtazzjoni mhux ġusta fil-provinċja tagħhom.

Skont il-pulizija ta’ Naseerabad il-vittmi f’din l-isplużjoni huma tfalja,  ommha u żewġ persuni oħra. F’din l-isplużjoni sitt vaguni mill-ferrovija ġew affettwati. Din kienet qed tivjaġġa mill-belt ta’ Peshawar għall-provinċja ta’ Baluchistan. Dan kien it-tieni attakk f’din il-Belt.

Il-vjolenza f’din il-provinċja viċin l-Afganistan u l-Iran hija minħabba t-tħassib dwar is-sigurtà tal-investiment b’mod partikolari minħabba l-proġetti tal-enerġija mill-Punent taċ-Ċina għall-Pakistan.