L-għaqda tal-muturi Mangu Kaha Aotearoa għamel iż-żifna tradizzjonali fil-kultura tal-Maori, il-Haka. Din hija żifna ssir minn grupp, b’movimenti viġorużi u tisbit tas-saqajn mar-ritmu. Din iż-żifna saret biex tfakkar il-vittmi tal-attakk ta’ New Zealand. Ħafna drabi jagħmlu din iż-żifna waqt il-preparazzjoni tal-irġiel għall-battalja. Din iż-żifna ssir kemm mill-irġiel kif ukoll min-nisa.

Abdul Aziz, raġel ta’ 48 sena kkonfronta lil Tarrant fit-tieni attakk fil- moskea biex jevita li jkun hemm iktar imwiet. Huwa oriġinarjament mill-Afganistan ġera lejn l-arma li Tarrant tefa’ mal-art u ġabarha. Aziz spjega li baqa’ miexi warajh sal-karozza u ġaralu l-arma tan-nar qisha vleġġa. Ir-raġel kellmu ħażin u telaq.

Il-BBC qalet li raġel ieħor, Naeem Rashid mill-Pakistan prova jikkonronta lill-akkużat qabel ma dan inqatel. Huwa kellu 21 sena.

L-ammont ta’ persuni mejta tela’ għal 50 persuna wara li l-pulizija sabu ġisem ieħor fil-moskea ta’ Al Noor.  L-iġsma mistenni li jiġu rilaxxati fil-jiem li ġejjin.

Telgħu għal 50 in-numru tal-vittmi f’New Zealand

Intant l-Awstraljan Brenton Tarrant ta’ 28 sena ġie mressaq il-Qprti akkużat bi qtil. Huwa qed jinżamm arrestat u se jerġa’ jidher quddiem il-Qorti fil-5 ta’ April. L-attakk tal-Ġimgħa fil-Belt ta’ Christchurch fejn il-Prim Ministru Jacinda Ardern qalet li dan kien l-agħar attakk terroristiku fi żmien ta’ paċi fi New Zealand. Il-Prim Ministru qalet li trid tkellem lil Facebook minħabba li dan l-attakk ġie imxandat live u ġie ppubblikat ‘manifest’ li jgħid li l-immigranti qed jinvadu. Dawn flimkien kien ma’ links ġew imttella’ fuq facebook ftit minuti qabel bdiet il-vjolenza.