Il-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia qal li ċ-ċavetta tas-suċċess huwa li wieħed ikun inqas rgħib u iktar onest. Huwa argumenta li għandu jkun hemm iktar pjanijiet fit-tul.

F’vidjo minn Ħal Balzan fuq Facebook Farrugia tkellem fuq it-triq li ila aktar minn 10 xhur biex titlesta iżda din għadha mingħajr l-aħħar proċess biex tkun lesta.

Farrugia nnota li r-residenti ta’ din it-triq qed ibatu minn kwalità ta’ arja baxxa u nuqqas ta’ aċċessibilità. Il-Kap tal-Partit Demokratiku qal li huwa tkellem mal-familji li qed ibatu biex ilaħħqu mal-ħajja u qal li n-nuqqas ta’ spazji qed ikomplu jżidu iktar problemi ta’ saħħa kemm fiżika kif ukoll mentali.