Fl-aħħar xhur il-membri u l-pubbliku ġenerali staqsew lil Wirt Għawdex dwar il-pożizzjoni tagħhom dwar il-mina li qed tiġi proposta bejn Malta u Għawdex. Għalhekk qabel ma l-organizzazzjoni tieħu l-pożizzjoni tagħha dwar din il-proposta qed issejjaħ dibattitu, t-Tnejn 18 ta’ Marzu fis-6.30pm fl-Oratorju Dun Bosco fir-Rabat Għawdex.

Diversi kelliema b’opinjonijiet differenti huma mistiedna biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom kif ukoll jipprovdu l-informazzjoni u għalhekk tkun tista’ tiġi ffurmata opinjoni.

Il-persuni li se jkunu qed jitkellmu dwar dan is-suġġett huma:

  1. Dr Franco Mercieca – Chairperson tal-kumitat dwar il-mina
  2. Joseph Borg – Il-President tal-Gozo Business Chamber
  3. Joe Muscat – Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex
  4. Sean Zammit – Il-President tal-Assoċċjazzjoni tal-Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta
  5. Giovan Pace – Resident Għawdxi
  6. Rachel Galea – Il-President tal-Grupp Universitarju ta’ Għawdex
  7. Dr Samuel Azzopardi – Il-President tal-Kumitat tar-Reġjun għal Għawdex

Alfred Baldacchino se jkun qed jitkellem dwar kif il-mina se taffettwa l-ambjent f’Għawdex, u Godfrey Baldacchino se jitkellem dwar l-impatt soċjali ta’ dan il-proġett.

Newsbook.com.mt se jżommok aġġornat waqt dan id-dibattitu li se jsir għada fis-6.30pm