Rapport tal-Kummissjoni Ewropea qal li Malta probabilment ma tilħaqx il-miri tagħha għall-2020 f’dak li għandu x’jaqsam ir-riċerka u l-innovazzjoni. Jgħid ukoll li r-riċerka u l-innovazzjoni fost l-investituri Maltin għadha baxxa.

Dan ir-rapport li ħareġ fl-aħħar ġimgħa mill-Kummissjoni Ewropea jindika li minħabba li Malta trid tilħaq it-2% tal-baġit tal-Gvern fir-rierka u l-iżvilupp, dan mhux se tkun qed tilħqu minħabba li s-sena li għaddiet kien għadu fil-livell ta’ 0.55%. Statistika dwar x’persentaġġ ħa l-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp mill-baġit tal-Gvern turi li f’dawn l-aħħar ħames snin il-persetaġġ naqas minn 0.83% fl-2013 għal 0.55% fl-2017.

Dwar il-kumpaniji, ir-rapport jgħid li r-riċerka u l-iżvilupp f’Malta huma dipendenti fuq l-investiment dirett barrani filwaqt li l-innovazzjoni domestika hija batuta. Jindika wkoll li l-kumpaniji tal-innovazzjoni qed isibuha diffiċli biex jiffinanzjaw jew jakkwistaw loans.

Fl-2017, l-ispiża fuq ir-riċerka u l-iżvilupp kienet maqsuma bi 62% b’investiment privat (0.34% tal-GDP) u 38% b’investiment pubbliku (0.21% tal-GDP).

Rappurtaġġ ieħor dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea:

L-istennija fl-isptar fost l-isfidi elenkati mill-Kummissjoni Ewropea

Ekonomija soda; nuqqas fl-infurzar kontra ħasil tal-flus