Pollakk ta’ 28 sena ġie mmultat €800 wara li ammetta li għamel ħsara fil-maħżen tal-imgħallem tiegħu u dawn jammontaw għal iktar minn €2,500.

L-akkużat li kien joqgħod fil-maħżen stess tal-kumnpanija fejn kien jaħdem stqarr fil-Qorti li minn Diċembru sa issa l-imgħallem tiegħu ma tahx paga, għalhekk huwa ma setax isostni lilu nnifsu u lill-familtu li kien jingħatilhom il-flus fil-Polonja.

L-ispettur flimkien mal-avukat tal-għajnuna legali qablu li l-akkużat għandu jingħata sentenza sospiża u għalhekk il-qorti iddeċidiet l-aktar sentenza minima dik ta 20 xahar ħabs sospiża għall-erba’ snin.