Ritratti: Christine Dalli

Żewġt irġiel tressqu l-Qorti aktar kmieni wara li ġew akkużati bi frodi u b’użu ħażin ta’ flus. Huma kienu qed jiġbru għall-organizzazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà li ma teżistix. Dan il-każ isegwi dak li ġara lbieraħ f’Ħal Għaxaq fejn ittellgħu ritratti ta’ raġel jiġbor il-flus mingħajr awtorizzazzjoni.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li żewġt irġiel Rumeni ġew arrestati wara li sar magħruf li wettqu dawn l-atti llegali f’Birżebbuġa, Ħal Għaxaq u San Pawl il-Baħar fost lokalitajiet oħra. Huma għandhom 25 sena u 30 sena.

L-irġiel ma ammettewx l-akkużi u qed jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.