Koppja żagħżugħa xtraw dar kbira li kienet tinsab fi stat ta’ abbandun, miflok appartament b’żewġt ikmamar tas-sodda wara li l-ġuvni ħa żball waqt l-irkant. Huma kellhom iħallsu £30,000 wara li ħadu żball fin-numru tal-propjetà.

Il-ġuvni attenda għall-irkant filwaqt li t-tfajla tiegħu kienet qiegħda l-Kanada. Huma ma rrealizzax li l-appartament li kien qed jittama li jixtri kien qed jinbiegħ fi tliet biċċiet u għalhekk  għolla jdejh għal din id-dar mingħajr ma nduna. Minkejja dan l-iżball it-tnejn li huma għoġbithom din id-dar u ddeċidew li minflok jieħdu l-parir tal-esperti u jwaqqgħu kollox, se jirranġawha u se jibdluha fi tliet appartamenti biex ikunu jistgħu jħallsu d-dejn.

It-tfajla qalet li waqt li kienet ixxukjatha meta saret taf li flok appartament  b’żewġt ikmamar tas-sodda xtraw dar li kienet ilha abbandunata 20 sena. Iż-żewġ żgħażagħ mhumiex mill-iskozja u għalhekk ma kinux jafu l-belt fejn tinsab u ħadu r-ruħ meta ndunaw li ma kinetx ‘il bogħod minn Glasgow.

It-tfajla spjegat li din id-dar inbniet fl-1900 u għandha karatteristiċi sbieħ li jkun dnub jekk taqa’ u terġa’ tinbena. Min-naħa tagħhom il-koppja qed jippruvaw jagħmlu l-maġġoranza tax-xogħol huma flimkien mal-ħbieb tagħhom iżda hemm ċerta xogħlijiet li għandhom bżonn isiru min-nies speċjalizzati fil-qasam.  Huma qed jaffaċċjaw diversi diffikultajiet fosthom dewmien sakemm sabu minn fejn għaddej il-wajer tad-dawl.  Huma spjegaw li sabu ħafna appoġġ minn nies ta’ Dunoon.