Il-Prim Ministru Joseph Muscat ikkundanna l-att terroristiku mwettaq mill-Awstraljan Brenton Tarrant fi New Zealand u l-konnessjoni li l-istess Tarrant għamel mal-ġrajja tal-assedju l-kbir ta’ Malta.

‘Malta 1565’ fil-massakru fil-moskej f’New Zealand

Huwa qal li jgħarralu bil-kbir min jaħseb li l-istorja ta’ Malta għandha x’taqsam tat-terroriżmu għaliex Malta tibqa’ simbolu ta’ paċi u ugwaljanza ta’ poplu li jilqa’ lil kulħadd.

Fuq tema oħra, l-Prim Ministru qal li kien ta pjaċir għalih li għadu ġej minn Abu Dhabi fejn numru ta’ atleti Malti reggħu rebħu numru ta’ midalji. Huwa qal li ħa pjaċir jitkellem mal-kap eżekuttiv tal-Olimpjadi Speċjali Timothy Kennedy Shriver fejn dan l-aħħar stqarr li Malta hija simbolu ta’ kuraġġ għall-pajjiżi tal-inklussività għal pajjiżi oħra. Huwa qal li l-Gvern se jkompli jżid l-allowance għal persuni b’diżabilità fil-baġit li jmiss. Muscat qal li l-għan aħħari hu li persuni b’diżabilità jingħataw pensjoni li tleħħaq l-minimum wage. Dan jista’ jseħħ biss jekk l-ekonomija tkompli tikber u l-aġenzji tar-rating ikompli jagħtu ċertifikat wieħed wara l-ieħor.

Huwa qal li ċerifikat ieħor ingħata mill-anzjani Malti li applikaw għal ħruġ ta’ bonds indirizzati għalihom biss, tant li l-Gvern irċieva xejn inqas €100 miljun.

Muscat qal li din il-ġimgħa jaħbat l-għaxar snin anniversarju mindu l-Partit Laburista beda proċess ta’ ġustizzja għal dawk li nsterqu bit-taxxa mħallsa żejda fuq xir tal-karrozzi. Il-Prim Ministru qal li ma jinsa’ qatt xena ta’ serbut madwar il-kwartieri ġenerali tal-Partit Laburista biex iħallu d-dettalji tagħhom. Huwa qal li illum 7 snin wara li beda l-proċess traddew lura xejn anqas minn €24 miljun.

Il-Prim Ministru reġa’ ħeġġeġ lin-nies biex jivvotta lill-Partit Laburista fl-elezzjonijiet Ewropej. Stqarr li mhux faċli li Gvern jiffaċċja elezzjonjiet f’nofs leġislatura waqt li wissa’ lin-nies li l-vot mhux voucher li jissarraf għall-pjaċiri.

Intant, il-Partit Nazzjonalista qal li l-arroganza tal-PM qed twasslu biex ma jifhimx it-tbatijiet ta’ ħafna nies. Spjega li din it-tbatija tan-nies, il-PM qed isejħilha “suċċessi”.