Żagħżugħ korra ħafif f’sit tal-kostruzzjoni f’Tas-Sliema meta waqgħu xi oġġetti fuqu.

Dan ġara fis-2.25pm fi Triq Viani. Minkejja li l-ewwel rapporti wrew li raġel waqa’ f’sit tal-kostruzzjoni, issa ġie kkonfermat li l-ġuvni weġġa’ għax waqgħu xi oġġetti użati fil-kostruzzjoni fuqu.

Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.