Clifton Fenech

Il-faċċata taċ-Ċentru Parrokjali ta’ Ħal Safi daqt se tkun lesta mir-restawr li qed isir fuqha permezz tal-iskema tal-fondi għall-Kunsilli Lokali. Waqt iż-żjara l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li l-Gvern huwa impenjat li jsaħħaħ il-prodott lokali li jifforma parti mill-identità ta’ Malta kif ukoll biex il-pubbliku jkun jista’ japprezza dawn il-binjiet.

Il-binja fejn jinsab iċ-Ċentru Parrokjali ilha teżisti minn żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann u kienet tintuża bħala fortizza. Maż-żmien din il-binja ġiet abitata. Fiż-żmien sittin u sebgħin saru bidliet strutturali u din inbidlet f’ċentru taż-żgħżagħ. Fiż-żmien tmenin bdiet tintuża għal xeni mis-serje ”Riley Ace of Spies“. Għal xi żmien din i-binja kienet magħluqa u wara bdiet tintuża għall-attivitajiet tal-Parroċċa. Fl-1991 ġiet rivonata u bdiet tintuża bħala Ċentru Parrokjali.