Theresa May

Il-Prim Ministru Theresa May għamlet ammissjoni li bħalissa l-Ingliterra tinsab fi stat ta’ kriżi. Kelliem għall-Prim Ministru qal li May kienet wissiet lill-Membri Parlamentari qabel dawn ivvutaw it-tieni darba fuq il-ftehim ta’  Brexit li jekk ma jintlaħaqx ftehim kienet se tinqala kriżi.

Din l-ammissjoni saret wara li May qed tipprepara biex tinforma lill-Unjoni Ewropea dwar il-passi li se tieħu f’dawn l-10 ijiem li ġejjin. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara laqgħa tal-kabinet li saret it-Tlieta filgħodu fejn il-Ministri favur u kontra l-ħruġ tal-Ingliterra mill-Unjoni Ewropea ma qablux fuq il-passi li jmiss.

L-Ispeaker John Bercow qal lill-Membri Parlamentari li biex ikun hemm it-tielet vot il-ftehim irid ikun sostanzjament differenti mit-tieni wieħed. Huwa spjega li t-tibdiliet li saru mill-ewwel ftehim għat-tieni għamluha possibbli biex jittieħed it-tieni vot.

Dawn il-kummenti ma niżlux tajjeb mal-Gvern ta’ May bil-Prim Ministru tgħid li l-ispeaker fformula dan id-dibattitu bħala l-Parlament kontra l-Gvern imma fil-verità issa hija l-Parlament kontra l-poplu.

Għall-artiklu iktar dettaljat tista’ tagħfas hawn għall-verżjoni Ingliża.