“Għaliex?” hija żgur l-aktar domanda li nistaqsu speċjalment meta ma nifhmux għalxiex inkunu qegħdin ngħaddu minn mumenti diffiċli fil-ħajja. L-istess domanda anke Ġesù staqsiha lil missieru meta kien fuq is-salib imqaddes tiegħu. Il-marċ funebru huwa proprju d-dieqa u l-mistoqsijiet li nistaqsu għal dak li nkunu qegħdin ngħaddu minnu imma li fl-aħħar mill-aħħar iridu nafdaw f’Alla u fil-pjan li għandu għalina. Daniel Vella llum jingħaqad ma’ Frederick Zammit waqt Nitfa Kultura fuq RTK 103fm biex jitkellem fid-dettal dwar dan is-CD ġdid ta’ marċi funebri.