Il-Partit Laburista għandu ħames kandidati b’diżabbiltà għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li ġejjin. F’ikla ma’ mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista, il-ħames kandidati ddiskutew l-aspirazzjonijiet għal-lokalità tagħhom.

Clifford Portelli huwa kandidat fuq Raħal Ġdid, Gianluca Cutajar fuq iż-Żurrieq, Jonathan Pace qed jikkontesta għall-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u Matthew Chetcuti u Matthew Giordmaina huma kandidati fuq il-lokalità tar-Rabat.

Huma qalu lil Muscat li l-aspirazzjonijiet tagħhom għal-lokalità rispettiva tagħhom imorru lil hinn mill-aċċessibbiltà u d-diżabbiltà, għax għandhom f’moħħhom iżjed attivitajiet kulturali, soċjali u infrastrutturali fost l-oħrajn.

F’kummenti li tat Muscat, hija qalet li laqatha l-fatt li tkellmu fuq kollox minbarra d-diżabbiltà, għax skontha, huma persuni li jgħixu ħajja mimlija.

Mill-gżira Għawdxija

F’Għawdex, il-Jum Dinji tad-Down Syndrome kien imfakkar permezz ta’ attività organizzata mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana bil-għan li tqajjem l-għarfien fuq is-suġġett.

MGOZ