Bosta huma dawk li jqattgħu ġranet sħaħ jinkwetaw fuq affarijiet li forsi qed imorru ħażin f’ħajjithom u li sfortunatament ħafna drabi ma jkollhomx kontroll fuqhom. Għaldaqstant, jispiċċaw vittmi ta’ ħafna stress u dwejjaq kontinwu li jista’ jiġi evitat jekk wieħed jissielet sabiex jikkontrolla kemm u dwar xiex għandu jinkwieta.

X’tista’ tagħmel?

  1. Żomm djarju fejn fih tikteb dak li qed jinkwetak
  2. Meta tibda tinkwieta, ħu mument għalik inniffsek u ħu nifs fond
  3. Ipprova sfida ħsibijiet negattivi billi taħseb fil-pożittiv
  4. Ħarreġ lilek innifsek b’kapaċitajiet li jgħinuk issolvi l-problemi u tħaddem moħħok
  5. Sib modi kif tidentifika meta l-ħsibijiet tiegħek dwar xi ħaġa jinbidlu u minflok tkun qed tinkwieta
  6. Agħti ċans lilek innifsek tinwieta xi ftit, sib ħin fil-ġurnata li jkun speċifikament iddedikat għalhekk
  7. Ipprova kkumpara s-sitwazzjoni ma’ xi sitwazzjoni oħra simili li tista’ tgħinek tieqaf tinkwieta jew tiċċara xi punti mill-inwkiet tiegħek
  8. Saqsi għall-għajnuna jew tkellem ma’ xi ħadd
  9. Għix fil-mument, il-passat għadda u l-futur għadu ġej, ma tistax tibdilhom
  10. Saqsi lilek innifsek: “Hemm evidenza ċara li turi li l-ħsibijiet ta’ inkwiet huma veri?”