Raġel ta’ 42 sena weħel sentenza ta’ sitt xhur ħabs talli attakka warden f’Birżebbuġa nhar l-Erbgħa.

Fil-Qorti nstema’ kif Loreto Portelli miż-Żejtun ammetta li weġġa’ lill-uffiċjal tal-komunità waqt li kien qed jagħmel xogħlu. Portelli kien akkużat ukoll li hedded lill-uffiċjal u li għamillu ħsara fl-uniformi.

L-inċident seħħ fi Triq Għar Dalam.

Portelli mistenni jappella mis-sentenza.