Il-film tant popolari ‘Forrest Gump’, li ħareġ fiċ-ċinema fl-1994, se jerġa’ jinħadem mill-ġdid, din id-darba mill-producers ta’ Bollywood.

F’din il-produzzjoni se jieħu sehem l-attur Indian Aamir Khan fil-parti prinċipali ta’ Forrest u dirett minn Advait Chandan. Il-film se joħroġ fis-swali taċ-ċinema s-sena d-dieħla.

Il-film orġinali fl-1994 ra lil Tom Hanks jinterpreta l-karattru prinċipali li jirnexxielu jkun preżenti għal uħud mill-iktar mumenti storiċi tal-Istati Uniti, mill-Gwerra tal-Vjetnam sal-iskandlu ta’ Watergate, filwaqt li jiltaqa’ ma’ Elvis, John Lennon u wħud mill-Presidenti tal-Istati Uniti.