It-tenur Malti Joseph Calleja ngħata l-muftieħ għall-belt Napli fi Florida, u uffiċjalment għandu jum iddedikat għalih f’din il-belt, il-21 ta’ Marzu.

F’ritratt li xerred fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, tidher ittra li Joseph Calleja ngħata mill-belt Napli fi Florida, iffirmata mis-Sindku tal-belt, Bill Barnett. F’din l-ittra, hemm lista tas-suċċessi tat-tenur li beda jkanta f’kor tal-Knisja ta’ 16-il sena, u minn hemm, baqa’ dejjem jikseb iżjed suċċess.

Mijiet ta’ ammiraturi Maltin u barranin ikkummentaw u awguraw lit-tenur ta’ dan il-ġieħ li ngħata fl-Istati Uniti.