Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga l-falsifikazzjoni tal-firma tiegħu li ntużaw għal trasazzjonijiet finanzjarji.

F’konferenza stampa is-Sibt filgħaxija huwa qal li qed iwieġeb għall-mistoqsijiet li ntbgħatu minn Times of Malta fuq rapporti ta’ investigazzjoni li saret mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) u ddeskrivihom bħala ‘allegazzjonijiet u insinwazzjonijiet’

Huwa qal li dawn id-dokumenti ilhom għand l-FIAU minn Marzu 2018 iżda huwa qatt ma ġie mistoqsi biex jagħti r-raġunijiet għal dawn it-tranżazzjonijiet. Fid-dawl ta’ dawn l-allegazzjonijiet huwa talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga dawn id-dokumenti li allegatament jinkludu firem foloz, kif ukoll il-mistoqsijiet li rċieva b’dawn allegazzonijiet. Huwa qal li hu qatt ma kien involut fi tranżazzjonijiet illegali.

Delia qal li bl-akbar responsabbiltà ftit sigħat ilu, huwa kkritika l-istat li jinsabu fih diversi istituzzjoijiet fosthom l-FIAU, il-korp tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u wara ftit ħarġu dawn l-allegazzjonijiet mit-Times of Malta. Temm billi qal li dawn l-attakki huma mmirati biex itaffu l-istituzzjonijiet Maltin.

Delia m’għandux kredibbilità – Partit Laburista

Fi stqarrija il-Partit Laburista qal li Adrian Delia ma għandux kredibbilità għax seħħja konferenza stampa fuq allegazzjonijiet li ilhom aktar minn sena u nofs. Komplew li Delia missu talab għall-inkjestà fuqu nnifsu dak iż-żmien għaliex kieku ħarġet il-verità dwar dan. Il-Partit Laburista qalu li Delia serraħ fuq id-dokumenti tal-FIAU li ġew leaked u kien l-artikli tal-gazzetti għall-argumenti tiegħu. Żiedu li issa Delia sejjaħ għall-inveswtigazzjoni kif ukoll għar-riżenji.

Min-naħa tiegħu l-Partit Nazzjonalista qal li jekk hemm xi investigazzjonijiet xi jsiru dawn għandhom isiru b’serenità u jikkummenta meta dawn ikunu konklużi.