It-Tim Nazzjonali Malti rebaħ l-ewwel logħba tiegħu fir-rawd tal-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020.

Fl-ewwel 13-il minuta il-Maltin kisbu l-ewwel gowl tagħhom permezz ta’ Kyrian Nwoko. Fis-77 minuta Malta ngħatat penalty bid-difensur Malti Steve Borg jiskorja t-tieni gowl ta’ din il-partita.

Fil-ħin barrani l-Gżejjer Faroe rnexxielhom jiskurjaw gowl u b’hekk il-partita ntemmet Malta 2, Faroe Islands 1.