Il-Pulizija qalet li 11-il persuna kienu involuti fi ġlieda f’ristorant fl-Imġarr. Raġel kellu jittieħed l-isptar minħabba l-ġrieħi li ġarrab.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fil-5.30 pm fi Triq il-Magħkuba. Raġel ta’ 56 sena residenti l-Imsida ttieħed l-isptar peress li weġġa’ fil-ġlieda. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Skont informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt tmien karozzi tal-Pulizija rrispondew għas-sejħa għall-għajnuna. Il-kelliem għall-Pulizija qal li ‘numru’ ta’ vetturi tal-Pulizija marru fuq il-post.