Ritratt meħud minn Joe Borg

It-tim tal-futsal ta’ Luxol kompla l-istaġun b’wirjiet pożittivi wara li kiseb żewġ rebħiet importanti kontra Pietà Hotspurs u Valletta.

Fil-logħba kontra Pietà, Luxol ħarġu rebbieħa bl-iskor impressjonanti ta’ 9-0. Il-gowls ta’ George Frendo, Zvezdan Vukovic, Chris Cardona, Aidan Micallef, Maicon Silva Gaiewski u żewġ awtogowls ta’ Christian Wismayer u Paul Scerri fissru li Luxol għaddew għall-finali tan-‘Knockout’.

Fil-konfront kontra Valletta, il-finalisti l-oħra tan-‘Knockout’, Luxol komplew jiskurjaw b’ritmu għoli. Fl-aħħar logħba mill-‘Elite Group’, Luxol għelbu lil Valletta permezz ta’ seba’ gowls filwaqt li l-Beltin skurjaw żewġ gowls biss. Grazzi għal din ir-rebħa Luxol telgħu fl-ewwel post tal-klassifika b’54 punt filwaqt li Valletta jinsabu fit-tieni post b’51 punt.