Karozza tal-Pulizija li kienet għaddejja minn Raħal Ġdid spiċċat maħsula fil-konkrit li beda nieżel minn trakk tal-kostruzzjoni.

Jidher li għal xi raġuni, il-mixer bil-konkrit tħalla jnixxi fuq il-karozza li nzertat għaddejja mill-karreġjata tal-lemin.

Dwar dan il-każ il-Pulizija għadha ma tat l-ebda kumment.