Il-monument tal-iskultur u statwarju Kav. Wistin Camilleri ġie rilokat għar-Rabat, Għawdex, wara 10 snin f’Għajnsielem.

Il-monument tal-artist issa tpoġġa qrib Villa Rundle, wara li okkupa l-iskola tal-arti f’Għajnsielem għal 10 snin, dik li llum hija l-MCAST f’Għawdex.

Huwa kien magħruf, fost ix-xogħlijiet ewlenin tiegħu, għat-tmien statwi tal-Ġimgħa l-Kbira li għamel għall-parroċċa taż-Żebbuġ.

Il-monument sar minn iben l-artist, Alfred Camilleri Cauchi.

Appell biex isir monument tal-bronż

Intant, l-eks Ministru għal Għawdex Anton Refalo, qal li huwa tal-mistħija li fir-Rabat jitqiegħdu monumenti tal-fiber. Huwa appella sabiex il-monument tal-artist Għawdxi jsir tal-bronż.