Persuna weġġgħet meta waqgħet f’sit tal-kostruzzjoni f’Tas-Sliema dalgħodu.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li huma ġew infurmati għall-ħabta tad-8.55am li hemm bżonn l-assistenza tagħhom f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq Sir Adrian Dingli. Issejħet ambulanza fuq il-post.

Għadu mhux magħruf min weġġa’ u f’liema kundizzjoni jinsab.

Aktar dettalji dalwaqt.