In-News Manager ta’ Newsbook.com.mt Charmaine Attard għadha kemm iżżewġet lil Simon Rossiter propju lbieraħ filgħaxija.

Charmaine bdiet taħdem ma’ Newsbook.com.mt fl-2013 bħala ġurnalista u llum il-ġurnata tmexxi l-kamra tal-aħbarijiet fl-operat tagħha. Matul is-snin, hi rat lil Newsbook.com.mt jikber u jissaħħaħ.

Iċ-ċerimonja taż-żwieġ saret fil-kappella medjevali ta’ Santa Ċeċilja f’Għajnsielem fejn il-koppja l-ġdida rċeviet ukoll barka speċjali mill-Papa Franġisku. Ir-riċeviment tat-tieġ sar fir-restorant tal-familja f’Marsalforn.

Il-maniġment u l-impjegati ta’ Beacon Media Group jawguraw lil Charmaine u Simon Rossiter futur mill-isbaħ mimli ġid u hena.