Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May se tkun qed titlaqa’ mal-Kap tal-Partit Laburista Jeremy Corbyn sabiex flimkien jaraw isibux arranġament komuni biex jieqaf l-imblokk dwar Brexit. Dan qalu s-Segretarju għal Brexit Stephen Barclay.

Corbyn qed jgħid li jrid li l-prijoritajiet ikunu unjoni dogonali u drittijiet għall-ħaddiema. Intant l-editur politiku tal-BBC, Laura Kuenssberg qalet li ma tantx kien hemm differenza bejn il-verżjoni ta’ Brexit tal-Gvern u dik tal-Partit Laburista, madanakollu sostniet li ma hemmx ħafna kunfidenza li se jintlaħaq konsensus politiku miż-żewġ partiti.

Il-pass tal-Prim Ministru Ingliża wassal sabiex qajjem rabja fost dawk li jaqblu dwar Brexit, inluż Boris Johnson li sostna li May qed tavda l-ftehim dwar Brexit f’idejn il-Labour.

Intant, propju llum wara nofsinhar, għall-ħabta tas-2pm, il-Parlament Ewropew se jkun qed jiddiskuti s-sitwazzjoni ta’ Brexit.