Hekk kif illum il-President George Vella ħa l-ġurament tal-ħatra fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta dawn huma ftit mill-mumenti speċjali ta’ din il-ġurnata.

Ara: ‘Nispera li nibqa’ nara r-rispett għall-ħajja mill-bidu nett sal-aħħar nifs’ – Il-President Vella

Ara: Ritratti: Pajjiż jissaħħaħ jekk iħaddan l-integrità, il-ġustizzja u s-solidarjetà – L-Arċisqof Scicluna

George Vella huwa l-għaxar President ta’ Malta. Huwa twieled fl-24 ta’ April 1942 u ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja taż-Żejtun, u wara rċieva l-edukazzjoni sekondarja tiegħu mill-Kulleġġ De La Salle fil-Birgu. Mill-1957 sal-1964, huwa studja l-Mediċina fl-Università Rjali ta’ Malta, u ggradwa bħala tabib fl-1964.

Huwa kien elett għall-ewwel darba fl-1978 u baqa’ jiġi elett sal-2013, fejn serva bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Malta.