Waqt Newsline, Fr Joseph Borg se jkollu bħala mistiedna l-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca. It-temi li se jiddiskutu jinkludu l-viżjoni li għandha vis-a-vis il-futur ta’ pajjiżna, kif ukoll ix-xewqa tagħha għall-ġustizzja soċjali u l-għajnuna lejn in-nies vulnerabbli.

Newsline jixxandar is-Sibt fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fid-9am.