Kull min juża’ Snapchat issa se jkun jista’ jagħmel ‘share’ tal-istejjer tiegħu dirett fuq Tinder, l-app popolari tad-dating.

Din il-karatteristika ġdida mistennija tkun integrata aktar tard din is-sena bħala parti ġdida mill-App Stories, li tħabbret nhar il-Ħamis li għadda f’Los Angeles. Bħalissa meta wieħed imur biex jippublika ritratt jew filmat fuq Snapchat għandu l-għażla biex itellahx bħala ‘snap’ bħala parti minn storja jew inkella jridx jibgħatu lil xi ħadd speċifiku.

B’din il-karatterisitka ġdida, issa wieħed se jkollu wkoll l-għażla biex itella’ l-istorja tiegħu dirett fuq il-My Tinder Story minn fuq Snapchat. S’issa għadu mhux konfermat kif dawn l-istejjer se jkunu qed jidhru fuq Tinder hekk kif dan il-proġett għadu qed jiġi żviluppat

Snapchat, li bħalissa tinsab għaddejja minn żmien diffiċli minħabba nuqqas sostanzjali fin-numru ta’ utenti, tinsab bit-tama li dan il-ftehim ġdid ma’ Tinder se jgħin biex terġa’ żżid il-popolarità tal-app.