Hekk kif ħafna jinsabu jistennew il-ħruġ tal-aħħar film ta’ Rambo, l-attur, u ko-awtur famuż Sylvester Stallone żvela ritratti ġodda fuq Instagram tal-film li mistenni joħroħ fix-xhur li ġejjin. Il-film se jkun jismu Last Blood.

 

View this post on Instagram

 

A brutal Storm is about to burst … this is beginning of battle to the end … Sept. 20… #rambo5

A post shared by Sly Stallone (@officialslystallone) on

Ritratti fuq il-profil ta’ Instagram ta’ Stallone żvelaw lil John Rambo imdawwar minn irġiel lesti għal ġlieda bis-skieken u u armi tan-nar. Id-dettalji tal-istorja tal-film għadhom ma’ ħarġux kollha, pero mill-ewwel rapporti kollox jindika li l-film se jkun ambjentat f’Arizona fl-Istati Uniti u fil-Messiku fejn Rambo mistenni jmur jiġġieled kontra traffikanti tad-droga war li dawn ikunu ħatfu t-tifla ta’ ħabib tiegħu.

Mir-ritratti meħuda fuq is-sett tal-film jidher li se tqum gwerra kbira. Dan il-film mistenni jkun l-aħħar film ta’ Stallone fejn se jinterpreta l-karattru eroj u ikoniku. Fl-1982 ħareġ l-ewwel film bl-isem First Blood, fl-1985 ħareġ First Blood Part II, fl-1988  ħareġ Rambo III u fl-2008 Rambo.