Għall-31 sena konsekuttiva il-MUSEUM Subien tan-Nadur qed jerġa’ jtella l-Mejda tal-Appostli msejħa Iċ-Ċena tas-Sinjur Ġesu.

Wieħed jista’ jgawdi din ir-rapprezentazzjoni bibblika permezz ta’ ħmistax-il statwa lifesize xogħol l-Artist Naduri James Azzopardi f’ambjent tipikament bibliku li jinbidel minn sena għal oħra.  Il-frott, il-ħxejjex, ħwejjeġ u oġġetti esebiti huma wkoll relatati ma’ dawn iż-żminijiet. Qed jitqassam ukoll tifkira fost il-viżitaturi li jżuru din il-wirja waqt dawn il-ħinijiet tal-ftuħ.

Ħinijiet tal-ftuħ minn Ħadd il-Palm tal-Ġimgħa L-Kbira:

16 ta’ April – Ħadd il-Palm     

9.30 am sa 11.30 pm

3.00 pm sa 7.00 pm

17 – 19 ta’ April         

6.00 pm sa 9.00 pm

20 ta’ April – Ħamis ix-Xirka     

6.00 pm sa 11.00 pm

21 ta’ April – Ġimgħa l-Kbira     

9.00 am sa 3.00 pm

7.00 pm sa 9.00 pm

Tinfetaħ ukoll filgħodu għal gruppi li jkunu qed iżuru Għawdex – tistgħu ċċemplu fuq 21555297 jew 99866777.

Iktar informazzjoni minn Mark Azzopardi fuq mob. no: 99866777