European Union

Ir-Renju Unit beda l-proċess legali biex jieħu sehem fl-elezzjonijiet ewropej ta’ Mejju li ġej. Madanakollu dan ma jfissirx li r-Renju Unit jagħmel dawn l-elezzjonijiet fl-eventwalità li l-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea qabel it-23 ta’ Mejju li ġej.

Ir-Renju Unit mistenni joħroġ uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea nhar il-Ġimgħa 11 ta’ April iżda l-Prim Ministru Ingliża Theresa May staqsiet lill-Unjoni Ewropea għal estensjoni oħra. Saħqet li dan għamiltu biex tilħaq kompromess mal-partit fl-Oppożizzjoni biex jiġi approvat il-ftehim tar-relazzjoni futura tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea.

Fi stqarrija, kelliem tal-Gvern qal li bħala Gvern responsabbli ttieħdu l-passi neċessarji legali f’każ li r-Renju Unit jipparteċipa fl-elezzjonijiet Ewropej. Spjega li l-elezzjoni mhux bilfors issir għax jekk ir-Renju Unit jitlaq qabel mill-Unjoni Ewropea, l-obbligu tal-elezzjoni jiġi revokat.