Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li din is-sena se jerġa’ jitqassam ċekk lil kull min ħadem matul is-sena 2018. Dawn iċ-ċekkijiet se jibdew jitqassmu mill-15 t’April, bil-Ministru jappella biex wieħed jagħti ċans ġimgħa qabel jibda jċempel lifd-dipartiment biex jistaqsi dwar dawn iċ-ċekkijiet.

Persuna li mhux miżżewġa se tkun qed tirċievi ċekk ta’ €40, €50 jew €60, jiddependi d-dħul tagħha. Dawk li mhux qed iħallsu taxxa se jirċievu €60 u l-ammont dejjem jinżel jiddependi d-dħul tal-persuna. Dan japplika għall-persuni li jirċievu inqas minn €60,000.

Persuni miżżewġa se jirċievu €44, €56 u €68 jiddependi d-dħul tal-koppja. Dawn iċ-ċekkijiet ivarjaw jekk persuna tkun ġenitur. Din is-sena l-baġit għal din il-miżura hu ta’ €11.5 miljun u se jkunu qed jibbenefikaw aktar minn 200,000 persuna.