Għal dawk li qed ifittxu li jibdew il-ġurnata bit-tajjeb u jaqtgħu xi ftit mill-kwistjonijiet u l-aħbarijiet serji li ta’ kuljum naffaċjaw, ara dan l-iljunfant żgħir jipprova jegħleb id-diffikultajiet u jimxi fuq it-tajn.

Il-filmat li kien miġbud il-Ġimgħa li għaddiet fiż-Zoo ta’ Taronga Western Plains fi New South Wales, l-Awstralja, juri ferħ ta’ iljunfant jipprova jimxi fuq it-trab li xi ftit tal-ħin qabel il-ħaddiema xarrbuh bl-ilma.

Wieħed jista’ jinnota li l-iljunfant qed jieħu gost b’din l-esperjenza, anka minkejja li lejn l-aħħar jispiċċa biex jaqa’. Wieħed mill-kummenti dwar il-filmat stess, qal li l-iljunfanti jieħdu gost jiżolqu fit-tajn u hija qisha logħba għalihom.